Saturday, August 23, 2025

Malta tkompli tikteb l-istorja … ittemm fid-disa’ post tal-Kampjonati Ewropej ta’ Taħt it-18-il sena

Aqra wkoll

Wara li l-Ġimgħa wara nofsinhar, it-tim nazzjonali tal-waterpolo ta’ that it-18-il sena kien diġa kiteb l-istorja meta assigura post mal-ewwel 10 tal-Kampjonati Ewropej tal-istess kategorija wara rebħa kontra l-Polonja bl-iskor ta’ 15-14 wara l-għoti tal-penalties, is-Sibt filgħodu l-istess tim kompla jikteb l-istorja meta għeleb lill-Ġermanja bl-iskor ta’ 17-16 ukoll wara l-għoti tal-penalties, biex temm fid-disa’ post tal-istess Kampjonati.

Għall-maltin l-aqws skorer kien Jayden Cutajar li rreġistra poker personali, Luigi Dimech irreġista hat-trick persoanli, bil-goals l-oħra għall-Maltin jaslu minn Max Lanzon, Sam Engerer, Julian Chircop, Philip Tabone u Giancarlo Gatt.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport