Friday, June 27, 2025

MALTA TKOMPLI TKABBAR IR-REPUTAZZJONI TAGĦHA FIR-RIFORMI U L-LIBERTAJIET ĊIVILI

Aqra wkoll

Malta qiegħda tkompli tkabbar ir-reputazzjoni tagħha f’dawk li huma riformi u libertajiet ċivili. Tant hu hekk li riċentament, pajjiżna ġie mfaħħar mal-aqwa pajjiżi f’riformi soċjali, bħal-leave tal-paternità u l-platform workers.

Dan hekk kif rapport maħruġ mill-Assoċċjazzjoni Internazzjonali għas-Sigurtà Soċjali, l-ISSA, ipoġġi lil Malta fost l-aqwa pajjiżi għal riformi u tisħiħ ta’ liġijiet li twettqu fl-aħħar snin. L-istess rapport jelenka kif f’Malta daħlu fis-seħħ numru ta’ miżuri soċjali, bħaż-żieda fl-appoġġ lejn ħaddiema li jkunu għadhom kemm saru missirijiet, permezz tal-leave tal-paternità. 

Waqt li l-għaxart ijiem leave tal-paternità ddaħħlu f’pajjiżna tliet snin ilu, fl-aħħar tas-sena li għaddiet tħabbar li issa se jkun estiż anke għal dawk il-missirijiet li jaħdmu għal rashom. Pajjiżna huwa wkoll fost il-pajjiżi fid-dinja li tejbu dan l-appoġġ favur iżjed tqassim ekwu fir-responsabbilitajiet tal-ġenituri. 

Quddiem dan kollu, nirrikonoxxu l-fatt li Gvern Laburista qiegħed verament jisma l-karba ta’ kull individwu fis-soċjetà. Dawn il-kisbiet huma turija li l-Gvern qiegħed hemm biex jagħti sapport fil-mumenti lin-nies verament ikollhom bżonn. 

Fil-kuntest ta’ dan kollu, nifhmu wkoll li jekk il-ħaddiem ikollu kundizzjonijiet tajbin fuq il-post tax-xogħol fejn jaħdem, se jkun produttiv aktar. Fuq kollox, il-kundizzjonijiet tajba tal-ħaddiema m’għandhomx ikunu meqjusa bħala kapriċċ imma bħala drittijiet li l-ħaddiem ituh id-dinjità tiegħu bħala bniedem. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport