L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) laqgħet hawn Malta lir-rappreżentanti tal-ACCOBAMS (laqgħa internazzjonali tal-Ftehim tan-Nazzjonijiet Magħquda dwar il-konservazzjoni taċ-ċetaċji — bħal baleni u dniefel — fil-Baħar l-Iswed, il-Baħar Mediterran u ż-Żona Atlantika) għat-tmien laqgħa internazzjonali.
Waqt din il-laqgħa, fejn attendew membri minn pajjiżi li jiffurmaw parti miż-żoni msemmija hawn fuq, ġiet diskussa s-sitwazzjoni preżenti tal-baleni u d-dniefel. Ir-rappreżentanti indirizzaw miżuri kif ukoll fasslu programm mifrux fuq ħidma ta’ tliet snin li permezz tiegħu se jkunu qed itejbu il-qagħda ta’ dawn il-kreaturi.
L-individwi preżenti għarfu l-importanza li jipproteġu l-ibħra kif ukoll li jħarsu l-priservazzjoni ta’ kreaturi bħal baleni u dniefel, u lkoll kemm huma qablu li għal dawn it-tliet snin li ġejjin jimxu ma’ programm illi se jkun qed jindirizza diversi temi, fosthom: il-ħsejjes taħt l-ilma, dniefel u baleni li jinqabdu fuq l-art, u l-preżenza ta’ vapuri fil-baħar.
Preżenti waqt il-laqgħa kien hemm ukoll numru ta’ osservaturi, esperti u speċjalisti tal-baħar.