Monday, April 13, 2026

Malta ttemm fl-10 post b’telfa kontra l-Kanada

Aqra wkoll

Malta……………..12

Kanada…………..14

Fl-aħħar partita mit-Tazza tad-Dinja Diviżjoni 2 tal-Waterpolo li qed tintlagħab proprju f’pajjiżna, it-tim nazzjoanli Malti safa megħlub mill-Kanada bl-iskor ta’ 14-12, biex b’hekk temm fl-10 post ta’ din il-kompetizzjoni.

L-aqwa skorers għall-Maltin kienu s-solitu Ivan Nagaev u Julian Valletta li rreġistraw hat-trick personali, bil-goals l-oħra għal pajjiżna jaslu minn doppjetta personali ta’ Elijah Schembri u Jeremy Abela u goal kull wieħed għal Jake Cachia u Benji Cachia.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport