Wara ż-żewġ rebħiet kontra l-Istati Uniti u l-Kazakhstan, it-team nazzjonali Malti tal-Under-16 tal-waterpolo, sofra telfa ta’ 13-8 kontra t-Turkija liema logħba kienet valida mill-Kampjonat tad-Dinja tal-FINA.
Immexxi mill-coach, Anthony Farrugia, it-team Malti qatt ma wera xi sintomi ta’ inferjoritá minkejja li kien qed jilgħab kontra avversarji diffiċli.