Tuesday, June 3, 2025

Malta U21: Imsejħa l-iskwadra finali għaż-żewġ partiti kontra San Marino

Aqra wkoll

Il-coach nazzjonali ta’ Taħt il-21 sena, Davide Mazzotta, sejjaħ l-iskwadra finali ta’ 23 player għal-logħba ta’ ħbiberija internazzjonali  kontra San Marino.

L-ewwel partita bejn iż-żewġ timijiet se tintlagħab proprju għada, fi Stadio  Ezio Conti di Dogana, fis-6.00 pm.

Imbagħad it-tieni konfront se jintlagħab nhar is-Sibt li ġej, 7 ta’ Ġunju, fil-Campo do Acquaviva, fl-istess ħin. 

Iż-żewġ logħbiet se jkunu t-tieni sett ta’ logħbiet internazzjonali taħt ir-responsabbiltá ta’ Mazzotta, wara d-draw ta’ 1-1 kontra l-Estonja, f’Marzu li għadda.  

Iż-żewġ logħbiet se jkunu vitali biex jgħinu lit-team żagħżugħ jikseb aktar esperjenza internazzjonali, speċjalment qabel ir-round ta’ kwalifikazzjoni tal-Kampjonat Ewropew, li se jingħata bidu f’Settembru li ġej meta nilagħbu l-ewwel partita f’darna kontra l-Greċja. 

Inizjalment, Mazzotta sejjaħ skwadra proviżorja ta’ 28 player, iżda wara analiżi mill-qrib matul dawn l-aħħar ġimgħat, huwa għamel l-għażla finali għal-logħbiet kontra San Marino. 

L-iskwadra tinkludi numru ta’ players ibbażati barra l-pajjiż, li jenfasizza kif il-players Maltin qed jiksbu aktar opportunitajiet biex jilagħbu barra minn xtutna.

L-iskwadra ta’ 23 player hija:

Goalkeepers: Luca Camilleri (Zabbar SP); Karl Sargent (Birkirkara); Hugo Sacco (Hibernians)

Difensuri: Malik Amin (Sydney FC – Awstralja); Nathan Cross (Birkirkara); Mattias Ellul, Kean Scicluna, Sven Xerri (Hamrun S.); Finley Ging (Boston United – Ingilterra); Benjamin Hili (Balzan);  Jake Micallef (Zabbar SP); Tristan Vivia­ni (San Diego – Stati Uniti)

Midfielders: Andrew Borg (Gzira U.); Antiago De Flavia (Floriana); Jake Grech (Balzan); Daniel Letherby (Hamrun S.)

Attakkanti: Nicholas Agius (Birkirkara); Alfie Bridgman (Fareham Town FC – Ingilterra); Brooklyn Borg (Gzira U.); Isaiah Chukunyere (Hibernians); Zak Barbara (Valletta); Joshua Pitts (Ipswich Town – Ingilterra, Gunner Elliott (Chesterfield FC – Ingilterra)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport