Sunday, December 22, 2024

Malta Veterans jiddominaw u jegħlbu lil Sao Paulo Veterans

Aqra wkoll

F’partita internazzjonali ta’ ħbiberija li ntlagħbet fil-Luxol Stadium, Malta Veterans għelbu lil Sao Paulo Veterans 6-2.

Kienet logħba li ġiet organizzata b’kollaborazzjoni bejn il-Malta Veterans Association u t-Torcida Brasileira Malta u li fiha kien hemm plejers ta’ ‘l fuq minn 50 sena.

Għall-Maltin dehru plejers leġġendarji bħal Ernest Barry, John Buttigieg, Stefan Sultana u Jeffrey Chetcuti bil-Brażiljani li ġew bi skwadra ta’ 14-il plejer.

Il-Maltin stabilixxew vantaġġ ta’ 4-2 sa tmiem l-ewwel taqsima u żiedu tnejn oħra sabiex meritatament rebħu din il-partita.

Trevor Cilia u Stefan Sultana skorjaw doppjetta kull wieħed bi Franco Degabriele u Eric Saliba jżidu tnejn oħra għat-tim tagħhom.

Sao Paulo skorjaw permezz ta’ doppjetta ta’ Luiz.

Fi tmiem il-konfront, il-president ta’ Torcida Brasileira Malta Kris Dimech ippreżenta tazza kommemorattiva lill-captain ta’ Malta Veterans Brian Said.

Malta Veterans: Ernest Barry, Carlo Mamo, Brian Said, John Buttigieg, Dino Cachia, Edwin Camilleri, Jamie Pace, Jeffrey Chetcuti, Franco Degabriele, Stefan Sultana, Trevor Cilia.

Sao Paulo: Hector Toscanini, Antonio Santos, Francisco Furini, Marcos Araujo, Sergio Bonilha, Leandro, Aldemir, Aldo Mota, Jose Alves, Luiz, Sandro.

Referi: Gjorgji Bitri

Ekonomija

Sport