Saturday, May 4, 2024

Malta waħda minn erba’ pajjiżi Stati Membri li lesti jirrikonoxxu l-Palestina bħala Stat

Aqra wkoll

Il-Mexxeja ta’ Malta, Spanja, l-Irlanda u Slovenja ltaqgħu fil-marġini tal-Kunsill Ewropew sabiex jiddiskutu l-aħħar żviluppi f’Gaża u Lvant Nofsani.

L-erba’ pajjiżi qabblu li s-soluzzjoni ta’ żewġ stati hija kruċjali għall-paċi fil-Lvant Nofsani u għalhekk lesti li jirrikonoxxu l-Palestina bħala Stat meta l-kundizzjonijiet għat-twaqqif ta’ dan l-istess Stat ikunu jippermettu.

Ilkoll qabblu li għandu jkun hemm waqfien permanenti tal-ġlied b’mod immedjat, li jinħelsu l-ostaġġi kollha u li tingħata l-għajnuna umanitarja immedjatament. Huma nnutaw ukoll b’mod pożittiv li l-Kunsill qabel mal-konklużjonijiet dwar il-kunflitt fil-Lvant Nofsani.

Sport