Friday, November 22, 2024

Malta żżid bi ftit l-enerġija minn sorsi ndaf

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Matul l-2019 Malta żiedet l-enerġija rinovabbli b’0.3% fuq dik preċedenti imma baqgħet l-aħħar meta mqabbla mal-bqija tal-pajjiżi fl-UE.

L-aħħar ċifri tal-Eurostat dwar il-produzzjoni tal-enerġija alternattiva turi li fl-2019 pajjiżna iġġenera 8%, żieda żgħira fuq is-7.7% tal-2018.Dan meta l-medja fl-UE kienet ta’ 34% fl-2018, żieda ta’ 2% fuq l-enerġija rinovabbli ġenerata fl-2018.

L-enerġija iġġenerata mix-xita li tħaddem il-ġibjuni għall-ħażna tal-ilma u dik mix-xemx laħqu l-35% kull wieħed. L-UE rat ukoll 13% tal-enerġija ġenerata mix-xemx u 8% mill-‘biofuels’ bil-kumplament tal-enerġija ġejja minn sorsi oħra ndaf. L-Awstrija kienet l-iktar pajjiż li iġġenerat elettriku minn sorsi alternattivi, 75%, segwita mill-Iżvezja b’71% u d-Danimarka b’65%.

Wara Malta bl-inqas rati ġew Ċipru, il-Lussemburgu u l-Ungerija b’10% ta’ enerġija iġġenerata minn sorsi alternattivi.

Sport