Monday, March 10, 2025

Malta żżid ir-rata ta’ nisa fil-politika b’aktar minn 10%

Aqra wkoll

Malta kienet wieħed mit-tlett pajjiżi fl-Unjoni Ewropea li fl-2023 rat żieda ta’ aktar minn 10% fil-parteċipazzjoni tan-nisa fil-politika. 

Dan intqal mill-Aġenzija tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea – Eurostat fejn ġie ndikat li Malta fl-2023 meta mqabbel mal-2014 kellha żieda ta’ 14.9% ta’ nisa li qegħdin jirrapreżentaw lill-poplu fil-Parlament. 

Il-Latvja ssegwi lil Malta b’rata ta’ 13% filwaqt li t-tielet l-akbar żieda kienet fi Franza b’rata ta’ 10.3.

Il-Eurostat jirraporta li fl-2024, 33.4% tal-Parlamentari kollha fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea kienu nisa. Dan ifisser żieda ta’ 5.6% meta mqabbel mal-2014.

L-Iżvejza għandha l-akbar ammont ta’ nisa fil-Parlament b’rata ta’ 45.6% segwita minn Franza b’rata ta’ 45.5%. Wara imbgħad hemm id-Danimarka b’rata ta’ 44.7%.

Min-naħa l-oħra l-Eurostat jirraporta li l-inqas rata ta’ nisa jirrappreżentaw lill-poplu fil-Parlament hu f’Ċipru meta hemm 14.3%. L-Ungerija kellha rata ta’ 14.6% filwaqt li r-Rumanija fl-2024 kellha rata ta’ 19.5%.

Ir-rapport tal-Eurostat jagħti ħasra wkoll lejn in-nisa li jagħmlu parti mill-Gvern. Fl-2024 kien hemm 35.1% li huma membri ta’ Gvern li kienu nisa u dan ifisser żieda ta’ 7.4% meta mqabbel mal-2014.

L-ogħla rata ta’ nisa fil-Gvern hija fil-Fillandja fejn hemm 60%. Hemm tlett pajjiżi oħrajn fl-Ewropa li għandhom 50% u aktar ta’ nisa li huma membri tal-Gvern. Fil-fatt il-Belġjum għandha rata ta’ 55% ta’ nisa membri tal-Gvern filwaqt li l-Estonja u Franza għandhom rata ta’ 50%.

B’kuntrast għal dan, l-Unġerija m’għandha l-ebda mara li hija membru tal-Gvern filwaqt li r-Repubblika Ċeka rraportat rata ta’ 5.9%. Il-Kroazja fl-2024 kellha rata ta’ 10.5% ta’ nisa li kienu membri tal-Gvern tal-pajjiż.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport