Sunday, November 24, 2024

Maltempata tolqot lil Malta … iżda Għawdex jibqa’ bla qatra xita

Aqra wkoll

Kif kien imbassar, maltempata laqtet diversi żoni madwar il-pajjiż fejn fil-Mosta fi ftit ħin niżlet 41mm ta’ xita. Mhux l-istess jista’ jingħad għal Għawdex hekk kif minkejja s-sħab kollu li kien hemm ma niżlet l-ebda xita.

Aktar ma hu se jgħaddi ħin aktar is-sena se tibda tiċċara biex b’hekk għada jirritorna l-bnazzi. Skont dak imbassar sat-8 ta’ Settembru ma hemm l-ebda xita.

Intant, Joseph Callejja rnexxielu jiġbed filmati li juru li bil-mod il-mod ix-xitwa qed terġa’ toqrob u magħha l-istaġun tax-xita. Il-kampanja bil-mod ukoll terġa’ tibda tieħu l-ħajja wara ġimgħat sħaħ ta’ nixfa.

Iżda dawk li ħasbu li s-Sajf għadda sejrin żball … baqa’ ħafna jiem li wieħed jista’ jmur jgħum.

Sport