Friday, December 27, 2024

Maltese Hits Vol II, it-Tieni Kumpilazzjoni Diġitali ta’ Kanzunetti bil-Malti

Aqra wkoll

Fl-1996, il-kantanta Miriam Christine ġiet magħżula biex tirrapreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest, u l-kumpanija li wasslet il-kanzunetta fid-djar tan-nies permezz ta’ Cassette u CD kienet CAP-Sounds, aġenzija tal-mużika bbażżata ġewwa l-Ġermanja. 

Tul is-snin, dik l-istess dar tad-diski kompliet tagħti sapport u sostenn lill-artisti Maltin tant li sentejn ilu nediet l-ewwel kumpilazzjoni diġitali bl-isem ta’ Maltese Hits b’kanzunetti bħal: Sal-Aħħar ta’ Fabrizio Faniello; Kewkba ta’ Janice Mangion; Ħolma ta’ Thea Garrett u Lest Ngħix Biss Għalik ta’ Glen Vella fost l-oħrajn.

Kemm ilha li ġiet ippubblikata din il-kumpilazzjoni, il-kanzunetti li ġew inklużi, ndaqqu aktar minn 300,000 darba b’semmiegħa minn pajjiżi varji, inkluż: l-Awstralja, ir-Renju Unit, il-Ġermanja, Spanja, il-Finlandja, l-Iżvezja, l-Italja, u sintendi Malta. 

Il-portafoll mużikali bil-lingwa Maltija fuq il-pjattaformi diġitali kompla jikber u jiżdied, tant li l-aġenzija CAP-Sounds ħasbet li tniedi t-tieni kumpilazzjoni ta’ kanzunetti oriġinali bil-Malti. Maltese Hits Vol II ħa jinkludi fost l-oħrajn: iż-żewġ rebbieħa ta’ Mużika Mużika: Ħarsa Biss ta’ Glen Vella u Bla Tarf ta’ Kurt Calleja; ir-rebbieħa tal-aħħar żewġ edizzjonijiet tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza: Kuruni ta’ Ruth Portelli u Nifs ta’ Cherylis kif ukoll uħud mill-favoriti tal-pubbliku minn spettakli oħra ta’ kanzunetti oriġinali bil-Malti: Jien Ma Naħdimx ta’ Karen DeBattista, X’Jimpurtani ta’ MARA, Għażiż ta’ Danica Muscat, Ġmielek ta’ Claudia Faniello, Fjamma ta’ Fabrizio Faniello u Teżor ta’ Janice Mangion u George Curmi l-Puse’. 

Total ta’ 20 kanzunetta jagħmlu l-lista finali, u tistgħu tisimgħuhom jew fuq Spotify, jew inkella tixtruhom minn fuq mezzi oħra tal-midja diġitali bħal: iTunes, Amazon Music jew Apple Music fost l-oħrajn billi tagħfsu hawn: https://bfan.link/maltese-hits.

Għal aktar informazzjoni dwar CAP-Sounds, inħeġġukhom sabiex tagħtu ħarsa lejn is-sit uffiċċjali tagħhom fuq: https://www.cap-sounds.de/

Ekonomija

Sport