Waqt il-preżentata taż-żewġ uffiċjali tal-Pulizija mixlija bi vjolenza eċċessiva fuq persuna barranija, il-Maġistrat Joe Mifsud saħaq dwar il-bżonn li ngħixu f’armonija u f’komunità fejn iċ-ċittadini kollha jħossuhom siguri.
Mifsud qal li kull min ikun f’pajjiżna, jekk hux Malti jew barrani, jrid jimxi mal-liġijiet ta’ pajjiżna. Kompla biex jgħid li min ikun fostna u jagħżel triq oħra għandu jkun ripatrijat għaliex jagħmel ħsara kbira lil dawk kollha li jgħixu hawn u li dejjem għexu f’armonijia fil-komunità li jgħixu fiha.
Ftit ġimgħat mir-ritorn tiegħu fl-awli tal-Qorti wara jiem rikoverat l-Isptar, Mifsud kompla b’messaġġ b’saħħtu dwar il-ġustizzja u l-bżonn li din issir maż-żgħir kif ukoll mal-kbir.