Friday, August 15, 2025

Malti jinqabad jipprova jdaħħal f’Malta 2,700 tajra protetta

Aqra wkoll

Malti nqbad mill-awtoritajiet Taljani qed jipprova jdaħħal Malta 2,700 tajra protetta b’valur li hu stmat li jlaħħaq l-€400,000.

Ir-raġel nqabad f’Pozzallo fi Sqallija hekk kif kien se jitla’ fuq il-katamaran lejn pajjiżna. Skont rapporti fil-midja Taljana, it-tajr kien jinsab f’ġaġeġ apposta u moħbija f’kaxxi tal-kartun.

Aktar minn hekk, il-Pulizija Taljana qalu li t-tjur kienu qegħdin jiġu trasportati f’kundizzjonijiet ħżiena ħafna u li dan seta anke kellu riskju fuq is-saħħa tal-pubbliku.

L-awtoritajiet Taljani ħelsu dawn l-għasafar fir-riżerva naturali ta’ Granelli.

Il-Malti ġie akkużat f’Qorti Taljana b’serq, li laqa’ għandu affarijiet misruqa, abbandun ta’ annimali u l-qtil, qbid, kollezzjoni u pussess ta’ speċi protetti.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport