Sunday, November 24, 2024

Malti se jmur l-Ukrajna fil-jiem li ġejjin biex jagħmel volontarjat

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Talk.mt jinsab infurmat li żagħżugħ Malti fil-jiem li ġejjin se jkun qed jivvjaġġa lejn pajjiż fil-lvant tal-Ewropa, fejn imbagħad minn hemmhekk il-ħsieb tiegħu hu li jmur mal-fruntiera tal-Ukrajna bil-għan li jidħol iwettaq volontarjat f’dan il-pajjiż.

Waqt li talabna inżommu l-anonimità tiegħu, qalilna li “l-ħsieb tiegħi hu li mmur ngħin fl-Ukrajna. Jien naf x’jiġifieri tkun bla saqaf fuq rasek u għalhekk naf minn xiex għaddejjin huma li tilfu djarhom. Jien kapaċi ngħinhom għax meta kont bla saqaf jien kont ngħin lin-nies tal-lokal tiegħi stess li kienu spiċċaw bla saqaf fuq rashom.”

Jgħidilna li “jien meta rajt nies trattati b’dak il-mod minn xi ħadd li ma kellux jagħmel hekk, għidt irrid nagħmel xi ħaġa. Sejjer hemm u nixtieq ngħin fil-volontarjat. Il-ħsieb tiegħi hu li nibda maċ-ċivil, inqassam affarijiet u nsajjar. Jien imħarreġ fuq hekk. Meta nkun hemm nixtieq ukoll ngħin fil-militar għax hu dak li se jwaqqaf. Nista’ ngħinhom jibnu ostakoli, camouflage netting, jew nagħmel il-moloktov cocktails.”

Sport