Raġel Malti ta’ 42 sena u raġel Libjan ta’ 37 sena nżammu arrestati wara li wieġbu mhux ħatja li wettqu żewġ serqiet. Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispetturi Lydon Zammit u Keith Rizzo spjegat li l-każ seħħ fil-1 ta’ Lulju, meta allegatament il-Libjan, Ans Algheziwi seraq karrozza seraq karozza minn Ħal Qormi flimkien ma’ xi flus kontanti, fost oġġetti oħra.
Algheziwi u l-Malti Antoine Agius, ġew mixlija li fit-2 ta’ Lulju kmieni filgħodu daħlu f’ħanut tal-merċa f’Tas-Sliema b’wiċċhom mgħammad u żaqqhom barra. Kien dak il-ħin, fejn allegatament serqu l-flus u xi sigaretti, filwaqt li żammew persuna kontra l-volonta tagħha.
Fil-Qorti, ġie spjegat li wara dak li seħħ f’Tas-Sliema, allegatament iż-żewġ imputati serqu xufier ġewwa l-Imġarr, biż-żewġ Spetturi jispjegaw li dawn ħadulu l-basket li fih kellu xejn inqas minn €500 u li wkoll żammewh kontra l-volonta tiegħu.
Ingħad li t-tielet serqa seħħet minn spiżjerija minn San Ġwann u li l-allegat serq seħħ bl-istess karozza. L-Ispetturi Zammit u Rizzo spjegaw li l-Pulizija arrestat lill-Malti waqt li osservat il-karozza għaddejja fil-Ħamrun u li l-Libjan ġie arrestat fir-residenza tiegħu akta tard.
Fil-Qorti, quddiem il-Maġistrat Monica Vella li pprosediet il-każ, ħareġ li Agius kien għadu kif ħareġ mill-Isptar Monte Carmeli u ma kellux saqaf fuq rasu. Id-difiża ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest iżda talbet l-assistenza tal-ħabs biex iż-żewġ imputati jiġu eżaminati medikament u jingħataw l-assistenza kollha meħtieġa.