Saturday, September 6, 2025

Malti u Taljan jinżammu arrestati b’rabta ma’ hold-up f’supermarket f’Għawdex 

Aqra wkoll

Malti ta’ 49 sena residenti Ħaż-Żebbuġ u Taljan ta’ 47 sena residenti San Pawl il-Baħar inżammu arrestati wara li tressqu fil-Qorti t’Għawdex b’rabta mal-hold-up li seħħ f’ħanut tal-merċa fix-Xagħra jumejn ilu.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mill-Ispetturi Wayne Camilleri u Mario Xiberras spjegat li l-każ seħħ fil-jiem li għaddew, meta allegatament, iż-żewġ imputati serqu karozza tal-għamla Toyota Vitz u wettqu hold-up f’supermarket.

Huma kienu mixlija wkoll li kisru l-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest fuq każ ieħor u li kellhom oġġetti misruqa waqt li Torissi waħdu kien mixli li ġarr arma.

Quddiem il-Maġistrat Simone Grech, iż-żewġ imputati  Matthew Frendo u Damiano Alfio Ranissi Torissi wieġbu li mhumiex ħatja. Il-Maġistrat Grech ordna sabiex Frendo u Torissi jinżammu arrestati. 

L-Avukat Chris Said deher għaż-żewġ akkużati waqt li l-Avukat Carmelo Galea deher għas-supermarket.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport