Sunday, December 22, 2024

Maltija tallega li Taljan prova jifgaha tant kemm kien jgħir għaliha

Aqra wkoll

Taljan ta’ 29 sena li jgħix Malta u li ismu ma jistax jissemma fuq ordni tal-Qorti, inżamm arrestat fuq akkużi ta’ vjolenza domestika fuq is- sieħba tiegħu li hija Maltija.

It-Taljan ġie mixli li prova jifga lil mara, li tiġi omm bintu ta’ ftit ġimgħat, li taha fastidju u li kkaġunalha ġrieħi ħfief.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit semgħet dwar il-possessjoni li kellu fuq il-mara tant li kien irid ikun jaf x’kienet tkun se tilbes meta toħroġ. Barra minn hekk il-qorti semgħet kif ir-raġel kien ifittex fil-mowbajl tagħha u jordnala biex ma tmurx f’postijiet fejn ikun hemm l-irġiel.

Il-prosekuzzjoni qalet li l-mara allegat li darba minnhom ir-raġel prova jifgaha u kien hemm okkażjoni fejn anke refa’ idu fuqha fil-pubbliku.

L-akkużat wieġeb mhux ħati u d-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, bil-prosekuzzjoni toġġezzjona minħabba l-biża’ ta’ intralċ ta’ provi u li huwa jista’ jaħrab minn Malta. Il-Qorti ma laqgħetx it-talba minħabba li għad trid tixhed l-allegata vittma.

Ekonomija

Sport