Sunday, December 22, 2024

Maltin fi triqthom lejn Franza biex jikkompetu fil-Iame World Finals

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

Benjamin Piscopo, Morgan Zammit, Miguel Grech u Kyle Mercieca huma l-erba’ sewwieqa lokali tal-karting mit-tim R33 li qed jivvjaġġaw lejn Le Mans fi Franza biex jikkompetu fil-Iame World Finals għal din is-sena. It-tiġrijiet tas-sewwieqa ż-żgħar huma bejn il-11 u s-16 ta’ Ottubru, u t-tiġrijiet tal-kbar huma bejn is-17 u t-23.

Ruben Mifsud, il-manager tat-Tim tal-R33 Karting Racing, qal li l-erba’ sewwieqa mħejjija tajjeb biex jikkompetu mal-kompetituri internazzjonali tagħhom. Wieħed irid iżomm saqajh mal-art prinċipalment minħabba l-livell tal-kompetizzjoni. Is-sewwieqa se jikkompetu ma’ sewwieqa ta’ klassi mondjali, li wħud minnhom diġà huma affiljati u mħarrġa ma’ timijiet tal-Formula Wieħed. Dan l-avveniment huwa sinifikanti għas-sewwieqa peress li jagħti spinta lill-karrieri tat-tlielaq tagħhom.

Ekonomija

Sport