Il-plejer Mamadou Sakho ġie mkeċċi minn Montpellier wara li kellu xi jgħid bl-ikrah mal-kowċ Michel Der Zakarian tant li anke ġew fl-idejn.
Dan l-inċident ittieħed b’serjeta’ kbira mill-ogħla awtoritajiet ta’ Montpellier li wara għaxart ijiem jisimgħu fuq dak li ġara ddeċidew li għall-ġid ta’ kulħadd, Sakho jinħall mill-kuntratt li għandu.
Sakho għandu 33 sena u kien ilu ma’ Montpellier sa mis-sena 2021.