Sunday, September 15, 2024

Man City fil-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-Clubs

Aqra wkoll

Manchester City ikkwalifikaw għall-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-Clubs, liema tournament qed isir fl-Arabja Sawdija, meta fis-semi-finali għelbu lil Urawa Red Dia­monds tal-Ġappun bl-iskor ta’ 3-0. 

Il-goals waslu minn auto-goal ta’ Marius Hoibraten (45), Mateo Kovacic (52) u Bernardo Silva (59). 

Fil-final, li se tintlagħab nhar is-Sibt li ġej, huma se jaffrontaw lil Fluminense tal-Brażil li nhar it-Tnejn għelbu lil Al Ahly tal-Eġittu bl-iskor ta’ 2-0. 

Ekonomija

Sport