Monday, April 21, 2025

Man City iridu lil Diogo Costa

Aqra wkoll

Manchester City qed jippjanaw li jżidu l-interess tagħhom fil-goalkeeper ta’ FC Porto u tat-tim nazzjonali Portugiż Diogo Costa. Dan tal-aħħar għandu 25 sena bi klawsola ta’ xiri li tiswa £ 63 miljun bil-ftehim eżistenti tiegħu li jibqa’ għaddej sal-2027.

Filwaqt li ċ-champions Ingliżi jqisu l-klawsola tar-rilaxx għolja wisq, jibqgħu kunfidenti li jġibu lill-plejer għal £50 miljun dan is-sajf hekk kif id-direttur il-ġdid tal-futbol tal-klabb, Hugo Viana għandu rabta mill-qrib mal-aġent ta Costa, Jorge Mendes.

Dan ikun ifisser it-tmiem tal-goalkeeper attwali Ederson fl-Etihad Stadium.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport