Manchester City qed jissemmew li jistgħu jiksbu s-servizzi tal-goalkeeper internazzjonali Taljan Gianluigi Donnarumma. Dan kollu jista’ jseħħ fis-sajf li ġej hekk kif id-diriġenti ta’ The Citizens lesti li jikkuntentaw lill-kowċ Pep Guardiola li jrid isib is-sostitut ta’ Ederson li issa m’għadux żgħir.
Donnaruma għandu 25 sena u lagħab 215-il logħba ma’ AC Milan bejn l-2015 u l-2021 u 95 logħba mat-tim attwali tiegħu Paris St Germain. Hu membru regolari fit-tim nazzjonali Taljan fejn deher 70 darba.