Thursday, October 17, 2024

Man City jakkwistaw lil Jeremy Doku

Aqra wkoll

Manchester City għadhom kemm akkwistaw lill-winger lemini Jeremy Doku mingħand Rennes. Dan il-plejer kien qed jiġi segwit mill-kowċ Pep Guardiola fejn xtaq li jkun parti mit-tim għal dan l-istaġun li għadu kemm beda. 

Doku se jiġi jiswa lit-tim minn Manchester is-somma ta’ €64 miljun. Hu għandu 21 sena u wara tliet staġuni jilgħab fil-Ligue 1 Franċiża ma’ Rennes, hu skorja 12-il gowl fi 92 partita. Hu sar it-tielet akkwist ta’ The Citizens wara Mateo Kovacic u Josko Gvardiol. 

Sport