Hekk kif l-attakkant internazzjonali Norveġiż Erling Braut Haaland għadu kemm skorja 50 gowl staġjonali, Manchester City huma lesti li jinnegozjaw mar-rappreżentant tal-plejer sabiex eventwalment iġeddulu l-kuntratt u jżommuh jilgħab fl-Etihad Stadium għal iktar snin.
Il-ftehim attwali jiskadi f’Ġunju 2027 u hemm il-ħsieb li ma jkun hemm l-ebda klawsola fil-kuntratt sabiex jaqta’ qalb xi timijiet li forsi jkunu jixtiequ jakkwistawh.
Haaland lagħab ukoll ma’ Molde, Borussia Dortmund u Red Bull Salzburg.