Il-manager ta’ Manchester City, Pep Guardiola, ta struzzjonijiet lill-club tiegħu biex isegwi l-passi tal-attakkant ta’ Bayern Munich, Jamal Musiala.
Iż-żagħżugħ ta’ 19-il sena kien f’forma impressjonanti għaċ-champions Ġermaniżi dan l-istaġun, fejn skorja seba’ goals u rreġistra tmien assists fi 13-il dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.
L-attakkant irreġistra ħames goals u ħames assists fil-Bundesliga, u pprovda żewġ assists fid-draw ta’ 2-2 tas-Sibt ma’ Borussia Dortmund fil-kampjonat.