Friday, November 15, 2024

Man City u Liverpool fis-semi-finali tal-UEFA Champions League

Aqra wkoll

Manchester City  u Li­ver­pool ingħaqdu ma’ Real Madrid u Villarreal fis-semi-finali tal-UEFA Cham­pions League meta fit-tieni programm tat-tieni leg tal-kwarti-finali għelbu lil Atletico Madrid u Benfica ris­pettivament. 

Atletico M. v Man City – F’partita diffiċli, Atletico Madrid u Manchester City spiċċaw fi draw ta’ 0-0 biex dawn tal-aħħar għaddew b’ag­gregate ta’ 1-0. 

Fl-ewwel taqsima Manchester għarfu “jifgaw” il-pressjoni tal-Madrileni u minkejja li ma għamlux affarijiet kbar, kienu huma li resqu viċin, fid-29 mi­nuta, meta wara taħwida li nqalgħet fil-kaxxa avversarja, Ilkay Gundogan ġie mċaħħad minn sieq il-lasta. 

Fit-tieni taqsima, il-partita baqgħet fuq l-istess ritmu fejn l-azzjonijiet lejn il-lasti avversarji kienu rari minħabba li d-difiżi annullaw lil xulxin.

Fil-ħin miżjud Atletico spiċċaw jilagħbu bi player inqas wara li tkeċċa Felipe għal foul ikrah fuq Phil Foden. Fl-aħħar ħinijiet il- partita saret waħda goffa.

Liverpool v Benfica – F’konfront mill-aktar spettakolari, Liverpool u Benfica spiċċaw 3-3 biex ir-Reds ikkwalifikaw għas-semi-finali b’aggregate ta’ 6-4. 

B’sorpriża kbira l-mana­ger, Jurgen Klopp, għamel xejn inqas minn seba’ bidliet mid-draw ta’ 2-2 kontra Manchester City fil-Premier League Ingliż. 

Kienu huma li fetħu l-iskor, eżattament fil-21 minuta, meta mill-corner mogħti minn Kostas Tsimikas, Ibrahima Konate għola fuq kulħadd u bir-ras xeħet fix-xibka.

Peró, fit-32 minuta, Benfica kisbu d-draw meta f’kontrattakk, Diogo Goncalves ġie ttakiljat minn James Milner bil-ballun jasal għand Goncalo Ramos li minn 20 metru bogħod għe­leb lil Alisson. 

Għaxar minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, Liverpool marru fil-vantaġġ minn Roberto Firmino biex, fil-65 minuta, l-is­tess player kabbar il-vantaġġ wara li kkonkluda mill-free-kick ta’ Tsimikas. 

Peró, fit-73 minuta, il-Portugiżi naqqsu d-distakk minn Roman Yaremchuk li dar ma’ Alisson qabel tefa’ ġewwa filwaqt li Darwin Nunez (82) kiseb id-draw. 

Ekonomija

Sport