Manchester United kisbu rebħa faċli bl-iskor ta’ 2-0 meta fit-tieni leg tas-semi-finali tal-League Cup reġgħu għelbu lil Nottingham Forest biex ibbukkjaw ripetizzjoni tal-finali tal-1999 f’Wembley ma’ Newcastle.
Goals fit-tieni taqsima minn Anthony Martial u Fred aċċertaw ir-rebħa għat-team ta’ Erik ten Hag, minkejja li posthom fil-finali kien prattikament ċert grazzi għat-trijonf tagħhom ta’ 3-0 fl-ewwel leg fil-City Ground.
Martial immarka r-ritorn tiegħu wara assenza kawżata minn injury biha dam barra erba’ logħbiet billi skorja s-sitt goal tiegħu tal-istaġun, wara pass maħsub għal Marcus Rashford devjat lura lejn l-attakkant Franċiż 17-il minuta mit-tmiem.
F’temp ta’ 180 sekonda, il-United issiġillaw ir-rebħa meta Rashford sab lil Fred, li minn metru bogħod dan tefa’ l-ballun f’lasti vojta b’irkopptu.