Sunday, November 24, 2024

Man United nefqu rekord ta’ £1.19 biljuni fl-aħħar diċennju

Aqra wkoll

Manchester United nefqu rekord ta’ £1.19 biljuni aktar fuq trasferimenti matul l-aħħar 10 snin milli rkupraw permezz tal-bejgħ tal-players, skond studju ġdid.

Mill-2014 il-United nefqu madwar £1.67 biljuni fuq players ġodda, u daħħlu madwar £481 miljun, jgħid l-istitut ta’ riċerka bbażat fl-Isvizzera, CIES Football Observatory.

Chelsea jinsabu t-tieni b’nefqa netta negattiva ta’ £883 miljun, segwiti mill-Franċiżi, Paris St-Germain, bi £863 miljun.

Arsenal (£745 miljun) u Manchester City (£732 miljun) jgħaqqdu l-ewwel ħamsa.

B’kollox 13-il club tal-Premier League jinsabu fl-ewwel 20.

L-20 club li nefqu l-aktar matul is-snin bejn l-2014 u l-2023:

1. Manchester United – £1,196.6m;  2. Chelsea – £885.5m; 3. Paris St-Germain – 865.8m; 4. Arsenal – £746.9m; 5. Manchester City – £733.8m; 6. Newcastle United – £575.2m; 7. Barcelona – £568.4m; 8. Tottenham Hotspur – £522.1m; 9. AC Milan – £467.3m; 10. West Ham United – £451.9m; 11. Aston Villa – £414.3m; 12. Liverpool – £395.3m; 13. Al-Hilal – £391.3m; 14. Juventus – £385m; 15. Everton – £336.1m; 16. Crystal Palace – £322.3m; 17. Bournemouth – £294.9m; 18. Bayern Munich – £294.1m; 19. Real Madrid – £277.6m; 20. Nottingham Forest – £265.8m.

Sport