Saturday, September 14, 2024

Man Utd bejn Rasmus Hojlund u Sofyan Amrabat?

Aqra wkoll

Manchester United m’għadhomx aktar interessati fl-attakkant internazzjonali Olandiż Denzel Dumfries. Wara li fil-bidu ta’ dan ix-xahar, id-diriġenti tar-Red Devils kienu xeħtu l-attenzjoni fuq il-plejer ta’ Inter, f’daqqa waħda l-kowċ Erik Ten Haag xtaq attakkant ieħor li jkollu stil ferm differenti minn Dumfries.

L-għażla ewlenija mistennija tkun dik li jġibu lejn Old Trafford lill-attakkant ta’ Atalanta Rasmus Hojlund. Huma għandhom alternattiva oħra hekk kif anke Sofyan Amrabat ta’ Fiorentina jaf jiġi kkunsidrat ġaladarba Hojlund jibqa’ ma jaċċettax l-offerta tagħhom. 

Ekonomija

Sport