Manchester United huma fiduċjużi li jżommu s-servizzi ta’ Edinson Cavani ix-xahar id-dieħel.
Il-player ta’ 34 sena kellu l-ewwel nofs ta’ staġun frustranti meta beda biss żewġ partiti u għamel sitt dehriet bħala sostitut fil-kompetizzjonijiet kollha.
Ħu Cavani li jiġi wkoll l-aġent tal-player internazzjonali tal-Urugwaj dan l-aħħar issuġġerixxa li l-offerti kollha jiġu kkunsidrati matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar.
Madankollu, Manchester United ma jistennewx li Cavani jħalli Old Trafford.
Dan minkejja li l-player seta’ jidħol f’diskussjonijiet ma’ clubs barranin dwar ftehim ta’ qabel il-kuntratt mill-1 ta’ Jannar ‘il quddiem.
Barcelona, Juventus u clubs mill-Amerika t’Isfel kollha ġew marbuta ma’ offerta għall-attakkant veteran.