Sunday, December 22, 2024

Man Utd fil-quċċata tat-telf tat-trasferimenti fl-aħħar 10 snin

Aqra wkoll

Manchester United għandhom l-akbar telf ta’ trasferimenti fl-Ewropa f’dawn l-aħħar 10 snin, skond l-istitut ta’ riċerka bbażat fl-Isvizzera, CIES Football Observatory.

Mill-2012 il-United kellhom infieq nett negattiv ta’ aktar minn biljun ewro, aktar mir-rivali Manchester City.

L-istudju żvela li r-Red Devils nefqu €1.545 biljuni fi trasferimenti, u daħħlu lura €470 miljun mill-bejgħ tal-players.

Erbatax-il club tal-Premier League jinsabu mal-ewwel 20.

Il-United kisru r-rekord tat-trasferimenti tal-Premier League meta fl-2016 iffirmaw lil Paul Pogba għal £89.5 miljuni u huma lesti li ma jagħmlux ritorn fuq il-midfielder, li l-kuntratt tiegħu jiskadi fi tmiem l-istaġun.

Akkwisti oħra li swew ħafna flus jinkludu lil Anthony Martial (£36 miljun) fl-2015 u Donny van de Beek (£40 miljun) fl-2020. Iż-żewġ players telqu b’self fis-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar.

Iċ-champions tal-Premier League, Manchester City, jinsabu t-tieni fil-klassifika b’infieq nett negattiv ta’ €984 miljun. Is-City nefqu €1.699 biljun fuq players fl-aħħar 10 snin iżda daħħlu €715 biljun f’bejgħ.

Paris St-Germain jiġu t-tielet b’telf ta’ €914 miljun u Barcelona r-raba’ b’€650m. Arsenal temmew fil-ħames b’telf ta’ €583 miljun.

Ekonomija

Sport