Wednesday, October 9, 2024

Man Utd għadhom jinsistu fuq Ugarte

Aqra wkoll

Manchester United qed jinsistu fuq il-midfielder difensiv Manuel Ugarte. Dan tal-aħħar għandu 23 sena u hu ta’ nazzjonalita’ Urugwajana. Hu jilgħab ma’ Paris St Germain fejn deher 25 darba matul l-istaġun li għadda.

Ugarte jixtieq ħafna jingħaqad mal-kowċ Erik Ten Hag li hu l-ewwel wieħed li jridu f’Old Trafford. Fil-fatt, dan jista’ jkun it-tielet akkwist tar-Red Devils wara Joshua Zirkzee u Leny Yoro.

Sport