Fil-Premier League Ingliż, fid-derby ta’ Manchester, il-United taw id-daqqa mortali lis-City meta dawru telfa f’rebħa b’żewġ goals f’żewġ minuti lejn it-tmiem bl-iskor ta’ 2-1 biex prattikament issa t-team immexxi minn Pep Guardiola huwa maqtugħ mill-isfida għar-rebħ tat-titlu.
Fil-veritá, is-City kienu aħjar mill-United matul il- logħba kollha u fetħu l-iskor b’daqqa ta’ ras ta’ Josko Gvardiol (36).
Fit-tieni taqsima, minkejja li l-United bdew jippressaw, is-City bdew jikkontrollawhom … sakemm Matheus Nunes għamel żball li minnu l-United rebħu penalty li ġie skorjat minn Bruno Fernandes (88). U bis-City jkunu demoralizzati, Amad Diallo (90) ħarab in-nasba tal-offside u skorja l-goal tar-rebħa.
Brighton v C. Palace – Crystal Palace marru għand Brighton u b’mod mill-aktar soprendenti ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-1.
Huma fetħu vantaġġ ta’ tliet goals minn Trevoh Chalobah (27) u doppjetta ta’ Ismail Sarr (33, 82).
Brighton skorjaw il-goal tal-bandiera tliet minuti mit-tmiem minn auto-goal ta’ Marc Guehi.
Chelsea v Brentford – Chelsea għelbu lil Brentford 2-1 b’goals ta’ Marc Cucurella (43) u Nicolas Jackson (81) filwaqt li Bryan Mbeumo (92) wieġeb għall- viżitaturi iżda ma kienx biżżejjed.
Southampton v Tottenham – Tottenham għelbu lil Southampton 5-1, bl-iskorers ikunu James Maddison (1, 45), Son Heung-Min (12), Dejan Kulusevski (14) u Pape Matar Sarr (25).