Manchester United jinsabu aktar interessati fil-plejer ta’ Inter Federico di Marco li f’dawn l-aħħar partiti qed ikollu prestazzjonijiet eċċellenti, b’żewġ gowls u tlieta assist fi tmien logħbiet bejn Serie A u Champions League.
Minkejja kollox, Di Marco jixtieq jibqa’ fl-Inter u jħares lejn il-futur tiegħu fil-belt ta’ Milan, bl-idea saħansitra li jsir il-captain tat-tim. Id-diriġenti Beppe Marotta u Piero Ausilio diġà qed jaħdmu fuq tiġdid sal-2029 jew 2030 hekk kif anke huma jriduh jibqa’ magħhom.