Friday, September 13, 2024

Man Utd ippreferew lil Raphael Varane minn Kalidou Koulibaly

Aqra wkoll

Sar magħruf li Manchester United irrifjutaw li jakkwistaw lid-difensur ċentrali ta’ Napoli Kalidou Koulibaly fis-sajf.

Ole Gunnar Solskjaer għamel it-tisħiħ tad-difiża tiegħu prijorità fit-tieqa tat-trasferiment u r-Red Devils kienu marbuta ma’ Sven Botman, Jules Kounde u Cristian Romero.

Eventwalment Man United iffirmaw lil Raphael Varane mingħand Real Madrid għal somma inizjali ta’ £34m.

Napoli riedu £ 34.1 miljun inklużi bonuses għall-player ta’ 30 sena, li Man United ma kinux lesti li jħallsu.

Koulibaly ilu ma’ Napoli mill-2014, u għamel 286 dehra għall-club Taljan.

Ekonomija

Sport