Monday, April 21, 2025

Man Utd iridu jbiddlu lil Rashford ma’ Watkins

Aqra wkoll

Skont diversi gazzetti Ingliżi, Manchester United qed ifittxu li jiffirmaw lill-attakkant ta’ Aston Villa u l-Ingilterra Ollie Watkins hekk kif huma rappurtati li huma lesti li jibagħtu lil Marcus Rashford bi speċi ta’ skambju. Rashford, li bħalissa jinsab misluf ma’ Villa, mistenni jħalli lir-Red Devils, u l-club stabbilixxa prezz ta’ £40 miljun għall-attakkant Ingliż.

Watkins għandu 29 sena u jilgħab bħala attakkant mal-istess Aston Villa. Hu deher 179 darba magħhom u skorja 74 gowl.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport