Thursday, October 17, 2024

Man Utd iridu jneħħu lil Antony

Aqra wkoll

Manchester United qed jaħsbu sabiex ineħħu lill-plejer tagħhom Antony għal kollox f’Jannar li ġej. Għalkemm mhux biċċa xogħol faċli, ir-Red Devils jistgħu anke jitilquh b’self ma’ xi tim ieħor bit-tama li fis-sajf jiġi offrut kuntratt permanenti.

Antony ma jinsabx fil-pjan tal-kowċ Erik Ten Hag u għalhekk ikun aħjar għalih li jsib klabb ieħor. Antony hu plejer Brażiljan ta’ 24 sena li jilgħab bħala winger fuq in-naħa leminija tal-grawnd u li ilu mar-Red Devils sa mis-sena 2022.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport