Thursday, March 6, 2025

Man Utd iridu jżommu lil Kobbie Mainoo

Aqra wkoll

Manchester United diġa’ bdew kuntatti ma’ rappreżentanti tal-plejer ta’ nofs il-grawnd Kobbie Boateng Mainoo hekk kif jixtiequ jżommuh magħhom għal iktar żmien. Dan il-plejer għandu 19-il sena u ilu mar-Red Devils sa mis-sena 2022 fejn lagħab 43 partita u skorja tliet gowls.

Hu jidentifika ruħu sew mat-tim minn Manchester minħabba li hu l-uniku klabb li lagħab futbol professjonali magħhom.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport