Saturday, October 12, 2024

Man Utd jikkunsidraw iġibu lura lil Alvaro Fernandez

Aqra wkoll

Hekk kif Manchester United qed ikollhom problemi kbar fid-difiża, id-diriġenti minn Old Trafford qed jaħsbu sabiex jerġgħu jiffirma lid-difensur ċentrali Alvaro Fernandez. Dan tal-aħħar għandu 21 sena u wara li bejn l-2022 u din is-sena tawh b’self lil Preston North End u Granada, Benfica akkwistawh fil-bidu tas-sena.

Fernandez, li hu plejer Spanjol, lagħab 47 darba mat-tim ta’ taħt it-23 sena tar-Red Devils iżda qatt ma lagħab mat-tim tal-kbar.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport