Manchester United qed jibda jippjana għas-suq tat-trasferimenti tas-sajf li ġej. Skont xi rapporti, jidher li l-Red Devils għandhom interess fil-midfielder ta’ Atlético Madrid, Conor Gallagher.
Minkejja li għandu kuntratt validu sal-2029, Gallagher qed isibha diffiċli jikseb spazju regolari fit-tim. L-Ingliż jibqa’ l-ewwel għażla fuq il-lista tal-United, għalkemm qed jiġu kkunsidrati wkoll profili oħra wkoll.
Conor Gallagher twieled fl-Ingilterra fis-sena 2000 u beda l-karriera tiegħu ma’ Chelsea. Huwa midfielder dinamiku, magħruf għall-intensità, il-pressing u l-abbiltà tiegħu li jżid mal-attakk. Wara diversi esperjenzi ta’ self ma’ klabbs bħal West Bromwich Albion u Crystal Palace, kiseb post fil-Premier League bħala wieħed mill-midfielders żgħażagħ l-aktar promettenti. Aktar tard, ingħaqad ma’ Atlético Madrid fejn issa qed ifittex aktar minuti biex jikkonsolida l-karriera tiegħu fuq livell internazzjonali.

