Tuesday, February 11, 2025

Man Utd jinsistu fuq Viktor Gyokeres

Aqra wkoll

Skont diversi gazzetti Brittaniċi, Manchester United għadhom ma qatgħux qalbhom li jiksbu s-servizzi tal-attakkant internazzjonali mill-Iżvezja Viktor Gyokeres. Dan tal-aħħar għandu 26 sena u jilgħab ma’ Sporting Lisbon.

Matul is-sajf li għadda, Gyokeres kien qed jissemma’ b’insistenza li jista’ jbiddel il-flokk tiegħu iżda b’xi mod jew ieħor baqa’ jilgħab fil-Portugall.

Il-kowċ ta’ Manchester United Ruben Amorim irid lil dan il-plejer biex isaħħaħ l-attakk tiegħu.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport