Manchester United ippreżentaw lil Senne Lammens bħala l-aktar akkwist tagħhom għal somma li tista’ tilħaq sa £21.7 miljun. Rapporti wrew li Leeds u Sunderland għall-bidu kienu interessati fih iżda aktar tard baqgħu lura milli jakkwistawh minħabba tħassib dwar il-kapaċità tiegħu li jilgħab fil–Premier League.
Għalkemm ir-Red Devils kienu qed iħarsu lejn Emiliano Martinez bħala alternattiva, dan ma wasalx u għalhekk dawru ħarsithom lejn il-goalkeeper ta’ 23 sena.