Manchester United tilfu vantaġġ ta’ żewġ goals biex setgħu jispiċċaw fi draw ta’ 2-2 għand Tottenham Hotspur. B’dan ir-riżultat il-United issa jinsabu r-raba’ żewġ punti taħt Newcastle, iżda sitt punti fuq Spurs li jinsabu l-ħames. Il-United fetħu żewġ goals vantaġġ minn Jadon Sancho (7) u Marcus Rashford(44) iżda Spurs kisbu d-draw minn Pedro Porro (56) u Son Heung-Min (79).
Newcastle kisbu rebħa komda meta għelbu lil Everton 4-1 f’Goodison Park biex saħħew posthom fit-tentattiv li jilagħbu fiċ-Champions League u tefgħu lit-Toffeemen f’iktar inkwiet tar-relegazzjoni. Huma fetħu vantaġġ ta’ 3-0 b’goals minn Callum Wilson (28, 75) u Joelinton (72) u wara li Dwight McNeil (80) naqqas il-marġni b’Jacob Murphy (81) li jissiġilla r-rebħa għall-Magpies.
Bournemouth komplew jitbegħdu miż-żona l-ħamra meta għelbu lil Southampton 1-0 b’dawn issa kandidati serji li jitilfu posthom mal-kbar. Il-goal tar-rebħa skorjah Marcus Tavernier (50). Ftit qabel it-tmiem is-Saints sabu x-xibka minn Che Adams iżda l-goal tħassar mill-VAR għal offside.