Saturday, November 16, 2024

Man Utd lesti li jħallsu s-salarju b’lura ta’ De Jong … iżda huwa jippreferi lil Bayern Munich

Aqra wkoll

Is-saga tal-midfielder internazzjonali Olandiż ta’ Barcelona, Frenkie De Jong, għadha għaddejja hekk kif Manchester United iridu s-servizzi akkost ta’ kollox. 

Wara li huwa saħaq li jrid jibqa’ ma’ Barcelona minkejja li ż-żewġ clubs laħqu ftehim għas-somma ta’ €85 miljun għat-trasferiment tiegħu, il-Katalani heddew li jneħħuh mill-iskwadra għall-pre-season. 

Iżda huwa xorta waħda baqa’ jinsisti li ma kienx se jiċċaqlaq minħabba li għandu jieħu €25 miljun f’arretrati ta’ pagi. 

Min-naħa tagħhom, ir-Red Devils iddeċiedew li jħallsuh dan l-ammont hekk kif jiffirma magħhom minbarra salarju ta’ €350,000 fil-ġimgħa. 

Peró huwa ħasad lil kulħadd meta ħabbar li kieku jkollu jiċċaqlaq … jingħaqad ma’ Bayern Munich. 

Ekonomija

Sport