Friday, December 27, 2024

Man Utd ma jistgħux imorru lura mill-ftehim ma’ Jim Ratcliffe

Aqra wkoll

Manchester United u l-familja Glazer ma jistgħux imorru lura mill-ftehim ma’ Jim Ratcliffe minkejja li l-iffirmar għadu mhux uffiċjali. 

Jekk is-sidien Amerikani jmorru lura minn dan il-ftehim, huwa jkollhom iħallsu £66 miljun. 

Il-biljunarju tal-petrokimiċi laħaq ftehim biex jixtri sehem ta’ 25% fil-club għal £1.3 biljun – li se jsir 29% meta l-investiment ta’ $300 miljun tiegħu fl-infrastruttura tal-United jiġi kkonvertit f’aktar ishma.

Il-ftehim huwa suġġett għal approvazzjonijiet regolatorji, inkluż mill-Premier League, li se jieħu sa tmien ġimgħat.

Iżda jekk il-United u l-familja Glazer jirtiraw minn dan il-ftehim, ikollhom iħallsu lil Ratcliffe £48 miljun flimkien ma’ ammont li ma jaqbiżx £18-il miljun biex ikopri l-ispejjeż tiegħu fi żmien tlett ijiem ta’ negozju bħala ħlas ta’ terminazzjoni.

Fi klawsoli oħra tal-kuntratt bejn id-diversi partijiet, Ratcliffe għandu l-ewwel għażla li jixtri jekk il-Glazers, li l-ishma tagħhom se jitnaqqas għal 49% tal-club, ikunu qed ibigħu aktar mill-ishma tagħhom fi żmien sena.

Ekonomija

Sport