Manchester United ma rċevew l-ebda offerta għall-midfielder Paul Pogba qabel it-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar.
Il-player ta’ 28 sena fadallu ftit aktar minn sitt xhur fil-kuntratt tiegħu f’Old Trafford u m’hemm l-ebda sinjali li jissuġġerixxu li se jinnegozja ftehim ġdid.
Il-manager temporanju Ralf Rangnick lest li jħalli lil Pogba jitlaq lill-club fit-tieqa tax-xitwa, madankollu r-Red Devils għad iridu jirċievu offerta għall-Franċiż.
Il-United ma setgħux jiffirmaw midfielder ċentrali ġdid fis-sajf li għadda hekk kif iddeċidew li jagħtu prijorità lill-akkwisti ta’ Jadon Sancho, Raphael Varane u Cristiano Ronaldo, u nefqu ‘il fuq minn £100 miljun fil-proċess.
United kienu interessati kemm f’Declan Rice ta’ West Ham United kif ukoll f’Eduardo Camavinga ta’ Rennes, issa ma’ Real Madrid, għalkemm ftehim għal kwalunkwe player naqas milli jimmaterjalizza.
B’Jesse Lingard u Juan Mata wkoll bla kuntratt fis-sajf li ġej, Rangnick issa qed jittama li jakkwista midfielder ġdid fis-sena l-ġdida.
Pogba, li qabel kien marbut ma’ Real Madrid u Paris Saint-Germain, ilu ma jidher ma’ United mit-tkeċċija tiegħu fit-telfa ta’ 5-0 kontra Liverpool f’Ottubru minħabba injury fil-hamstring.