Manchester United qed jikkunsidraw li jiksbu s-servizzi tal-winger mill-Ġamajka Leon Bailey. Minkejja li ma rnexxielhomx iġibuh f’Jannar li għadda, id-diriġenti tar-Red Devils mhux se jaqtgħu qalbhom u se jippruvaw imorru għalih fis-sajf li ġej.
Bailey bħalissa hu reġistrat ma’ Aston Villa fejn ilu sa mis-sena 2021 u fejn skorja 16-il gowl f’106 partiti. Fil-passat hu kien libes il-flokkijiet ta’ Genk u Bayer Leverkusen.