Manchester United u Paris St Germain qed jiġru wara l-firma tal-attakkant Arġentin ta’ Inter Lautaro Martinez. Dawn iż-żewġ timijiet baqgħu impressjonati bil-wirjiet li wettaq dan il-plejer speċjalment fiż-żewġ logħbiet kontra Barcellona.
Martinez għandu 25 sena u wara tliet snin jilgħab ma’ Racing Club, fis-sena 2018 ingħaqad ma’ Inter fejn s’issa lagħab 144 partita u skorja 61 gowl.