Friday, September 13, 2024

Mancheser United beżgħana li jista’ jerġa jinqala’ l-inkwiet kontra Liverpool

Aqra wkoll

Manchester United qed jibżgħu li jista’ jkun hemm ripetizzjoni tal-inkwiet li seħħ qabel il-partita tal-Premier League kontra Liverpool fl-istaġun li għadda.

F’Mejju, grupp ta’ partitarji daħlu f’Old Trafford biex jipprotestaw kontra s-sidien tal-club, li kienu diġà ġew ikkritikati ħafna qabel ma taw l-appoġġ tagħhom lis-Super League propost.

Uffiċjali tal-club qed jippjanaw għall-possibbiltà ta’ ripetizzjoni tax-xeni li ġiegħlu l-posponiment tal-konfront mar-rivali tagħhom.

Huwa mifhum li diġà saret komunikazzjoni mal-Pulizija ta’ Greater Manchester fit-tentattiv li tiġi evitata t-theddida ta’ aktar kaos qabel il-logħba tal-Ħadd.

Manchester United ma rnexxielhomx jirbħu xi waħda mill-aħħar tliet logħbiet tal-Premier League, fatt li qed iżid it-tensjoni fl-istands.

Wara tmien logħbiet, Manchester United United diġà qegħdin erba’ punti ‘l bogħod minn Liverpool fil-klassifika.

Ekonomija

Sport